Il-ħaddiema soċjali tat-tfal u l-adolexxenti jaħdmu mat-tfal u l-adolexxenti li jattendu s-CAYS.
Il-ħaddiem soċjali jipparteċipa b’mod attiv fil-kliniċi/timijiet li jaħdem fihom, biex joffri input professjonali integrat lill-utenti tas-servizz. L-enfasi tal-prattika ta’ wieħed hija li jindirizza kwistjonijiet psikosoċjali, li jissalvagwardja d-drittijiet tal-minorenni, li jaħdem biex jgħin fit-titjib tal-benesseri tal-utenti tas-servizz u li jeduka lil oħrajn sinifikanti (inklużi ġenituri, professjonisti oħra, dawk li jieħdu ħsieb it-tfal u l-pubbliku ġenerali) dwar kundizzjonijiet psikjatriċi fil-minorenni u l-aħjar prattiki ta’ trattament. Il-ħaddiema soċjali tat-tfal u l-adolexxenti jaħdmu fi sħubija mat-tfal u l-adolexxenti, il-familji tagħhom, il-professjonisti, l-aġenziji u l-komunitajiet sabiex jiffaċilitaw il-benesseri olistiku tal-minorenni u l-adulti żgħażagħ bi problemi ta’ saħħa mentali. Huma jippromwovu l-ġustizzja soċjali permezz ta’ prattiki ta’ xogħol soċjali speċjalizzati, integrati u bbażati fuq l-evidenza flimkien ma’ approċċ iċċentrat fuq il-klijent, proattiv u bbażat fuq il-prinċipji.
Ir-rwol tal-ħaddiema soċjali fis-Servizzi tas-Saħħa Mentali tat-Tfal u l-Adoloxxenti jinkludi dan li ġej: