cays.gov.mt

Psikjatrija tat-Tfal u l-Adoloxxenti

Il-psikjatri tat-tfal u l-adolexxenti jikkuraw tfal u żgħażagħ b’firxa ta’ kundizzjonijiet tas-saħħa mentali, inklużi Disturbi Newro-żvilupp, diżabilità intellettwali, Disturbi tal-Ispettru tal-Awtiżmu (ASD), Disturbi ta’ Defiċit ta’ Attenzjoni u Iperattività (ADHD), jew taħlita ta’ dawn id-disturbi, fost oħrajn, kif ukoll kundizzjonijiet oħra assoċjati ma’ mġiba ta’ sfida.

L-età tal-pazjenti li jidhru fil-klinika tibda minn madwar 10-12-il sena sa 20-25 sena, bil-pazjenti mbagħad jiġu riferuti għal servizzi oħra għall-adulti.

Il-Psikjatri tat-Tfal u l-Adoloxxenti jaħdmu ma’ tim multidixxiplinari ta’ professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa inklużi psikologi, ħaddiema soċjali, terapisti okkupazzjonali u infermiera. Il-klijenti jiġu riferuti wkoll lil professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa li jaħdmu fil-CAYS kif meħtieġ.

Il-klinika f’CAYS issir darba fil-ġimgħa kull nhar ta’ Tlieta.