cays.gov.mt

Merħba

Merħba fil-websajt uffiċjali tas-Servizzi għat-Tfal, l-Adoloxxenti u ż-Żgħażagħ (CAYS), li tifforma parti mill-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita Attiva.

F’CAYS, nagħtu prijorità lill-kura ċċentrata fuq il-familja u pjanijiet ta’ kura individwalizzati mfassla għall-bżonnijiet uniċi ta’ kull tifel u tifla, il-familja tagħhom u dawk li jieħdu ħsiebhom. Il-missjoni tagħna hi li nagħtu s-setgħa lit-tfal, l-adolexxenti u ż-żgħażagħ, u lil dawk li jieħdu ħsiebhom u lill-membri tal-familja tagħhom, biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom permezz ta’ parteċipazzjoni sinifikanti u riabilitazzjoni fil-ħajja ta’ kuljum.

Bħala parti minn din il-kura olistika, is-CAYS tfittex li tindirizza l-ħtiġijiet tiffacilita l-integrazzjoni, is-saħħa u l-aspetti soċjali tal-kura, u tiffaċilita l-integrazzjoni fis-soċjetà, tippromwovi l-inklużjoni u l-aċċettabbiltà, ittejjeb il-kwalità tal-kura u tipprovdi appoġġ lil dawk li jieħdu ħsieb ħaddieħor.

Ħossok liberu li tesplora l-websajt tagħna, li fiha dak li nirrappreżentaw, is-servizzi li noffru, riżorsi importanti u mistoqsijiet frekwenti.

informazzjoni importanti

 

Huwa għalhekk li r-rikonoxximent u l-appoġġ bikri huma daqshekk importanti – intervent f’waqtu jista’ jtejjeb b’mod sinifikanti r-riżultati, inaqqas l-impatti fit-tul, u jgħin lit-tfal jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

Jekk għandek tħassib dwar il-benesseri emozzjonali, l-imġieba jew l-iżvilupp ta’ wliedek, tistenniex – kellem lit-tabib tiegħek.

Cays
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.