cays.gov.mt

Is-Servizz ta’ Psikoterapija

Il-psikoterapija hija professjoni garantita f’Malta, u għandha l-għan li ttejjeb il-ħajjiet tal-klijenti billi tieħu ħsieb il-bżonnijiet emozzjonali, psikoloġiċi, relazzjonali, somatiċi u spiritwali tagħhom b’mod olistiku. Il-psikoterapisti jagħtu interventi psikoterapewtiċi skont il-mod speċjalizzat ta’ psikoterapija li jkunu tħarrġu fih, pereżempju psikoterapija sistemika tal-familja u psikoterapija Gestalt. Il-psikoterapija ġeneralment tinvolvi djalogu intenzjonat ma’ persuna waħda jew familja sħiħa. Tista’ tinkludi wkoll l-użu ta’ midja kreattiva, moviment, ħoss, viżwalizzazzjonijiet, u role plays, fost oħrajn.